Blog

06
Apr

It-twaqqif uffiċjali tal-Karmelitani fil-Vjetnam

Wara ħafna snin ta’ ħidma u ta’ stennija, fl-aħħar il-Ministeru tal-Intern Vjetnamiż, nhar il-25 ta’ Diċembru 2023, approva t-twaqqif tal-Ordni tal-Aħwa tal-Imqaddsa Verġni Marija tal-Għolja tal-Karmnu fil-Vjetnam. Is-sede uffiċjali tar-reliġjużi […]

25
Mar

Il-fdalijiet ta’ kunvent Karmelitan ivvandalizzat

Il-pulizija fit-tramuntana tal-Kontea ta’ Cork qed jappellaw lill-pubbliku għall-għajnuna fis-sejbien tal-vandali li kellhom fil-mira tagħhom il-fdalijiet tal-kunvent tal-Karmelitani fi Castlelyon li kien twaqqaf 800 sena ilu. Il-fdalijiet ta’ dan il-kunvent […]

17
Mar

L-eqdem monasteru tas-sorijiet Karmelitani

Din is-sena jaħbat il-555 anniversarju tal-eqdem monasteru tas-sorijiet Karmelitan tal-klawsura. Il-Karmelu tal-Madonna tal-Konsolazzjoni f’Vilvoorde fil-Belġju kien imwaqqaf kanonikament fil-11 ta’ Frar 1469 mill-Pirjol Ġenerali ta’ dak iż-żmien, il-Beatu John Soreth. […]

10
Mar

Amministratur ġdid għall-parroċċa tal-Balluta

L-Arċisqof Charles Scicluna se jafda t-tmexxija tal-ħidma pastorali tal-parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu fil-Balluta f’idejn Dun Joshua Cortis, li se jkun l-amministratur parrokkjali, ġaladarba l-kura pastorali se tgħaddi minn idejn l-Ordni Karmelitan […]

20
Feb

F’Ċipru jinstab kunvent Karmelitan tas-Seklu 13

Lis-storiku Karmelitan, P. Joachim Smet, fl-istorja tiegħu tal-Ordni ħallielna miktub li minbarra l-kunvent ta’ Fortamia (1238) f’Ċipru, l-Ordni kellu wkoll kunventi oħra f’Limassol, Paphos, Famagusta u Nicosia. Infatti, dawn il-kunventi […]

17
Feb

Jiltaqgħu s-superjuri Karmelitani tal-Ewropa

Bejn il-15 u s-16 ta’ Jannar 2024, fiċ-Ċentru Internazzjonali ta’ San Albert, f’Ruma, iltaqgħu l-provinċjali, il-kummissarji ġenerali u d-delegati ġenerali tal-Ewropa, biex jaqsmu bejniethom l-esperjenzi ta’ dak li għaddejjin minnu […]

10
Feb

Tintemm l-ewwel sessjoni tal-Kapitlu Provinċjali 2024

Nhar il-Ġimgħa, 9 ta’ Frar 2024, wara ġimgħa ta’ laqgħat u diskussjonijiet, ġiet fi tmiema l-ewwel sessjoni tal-Kapitlu Provinċjali tar-reliġjużi Karmelitani Maltin immexxi mill-Pirjol Ġenerali bil-għajnuna ta’ żewġ Kunsillieri Ġenerali. […]

06
Feb

Provinċjal ġdid għall-Karmelitani Maltin

Dalgħodu, Patri Charles Mallia, O.Carm., intgħażel minn fost ħutu r-reliġjużi bħala l-Pirjol Provinċjali tal-Karmelitani għat-tliet snin li ġejjin. Huwa ntgħażel waqt l-ewwel sessjoni tal-Kapitlu Provinċjali li qiegħed isir f’Santa Venera […]

05
Jan

50 Sena mill-konsagrazzjoni tal-kappella f’Ta’ Kerċem

Is-sorijiet Karmelitani waslu fir-Rabat t’Għawdex fl-1957. It-tieni kunvent li fetħu f’Ta’ Kerċem kien inawgurat fl-1964, fi żmien is-superjura Sor Domitilla Cassar. Billi kienu għadhom fil-bidu, is-sorijiet kienu jużaw bħala kappella […]

1 2 6