Fleur-de-Lys

14-Parrocca-Tal-Modonna-tal-karmnuFl-1944 il-komunità ta’ Sta. Venera akkwistat biċċa art fil-Fleur-de-lys biex tibni knisja u tkun tista’ tagħti servizz aħjar lin-nies tal-post. Fl-14 ta’ Jannar 1945 tqiegħdet l-ewwel ġebla tal-knisja l-ġdida u fil-31 ta’ Dicembru 1946 kienet lesta u mbierka. F’Mejju tas-sena ta’ wara kienet iffurmata komunità ġdida b’erba’ reliġjużi li kienu joqgħodu f’dar ma’ ġenb il-knisja. Fil-Kapitlu Provincjali tal-1949 din il-komunità inqatgħet kompletament minn dik ta’ Sta. Venera. Billi l-inħawi tal-knisja kien żviluppa ħafna, fil-25 ta’ Jannar 1975, iż-żona ta’ Fleur-de-lys kienet maħtura parroċċa.

Membri

Martin D. Schembri O.Carm., Pirjol u Kappillan

Damian Cachia O.Carm.

Louis Bajada O.Carm.

Renald Lofreda O.Carm.

Orarju

7:00 a.m.         Talb

7:25 a.m.         Quddiesa Konventwali bit-Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum

11:30 a.m.       Talba ta’ Nofs il-Jum

                        Ikel

5:00 p.m.         Talb

6:30 p.m.         Għasar man-nies

                        Ikel

Kuntatti


Indirizz:          Kunvent tal-Karmnu, Triq Fluer-de-Lys, Fleur-de-Lys, BKR9069.

Telefon:           (+356) 21 441749