Mdina

Il-preżenza tal-ewwel Karmelitani f’Malta tmur lura lejn l-1418 meta, b’testment li nfetaħ fil-5 ta’ Ġunju ta’ dik is-sena, wirtu biċċa art lejn il-limiti tal-Lunzjata, ir-Rabat, u l-għar ta’ San Anaard. Fl-1659, bil-permess tal-Isqof Mikiel Ġ. Balaguer Camarasa, huma ttrasferew il-komunità għall-belt tal-Imdina fejn hemm bnew knisja akbar flok dik magħrufa bħala “tar-Rocca” u kunvent ġdid.

Il-Karmnu tal-Imdina llum huwa ċentru ta’ ospitalità li jfittex li jilqa’ fih lil kull min, b’xi mod jew ieħor, ifittex li jkollu relazzjoni ħajja ma’ Alla. Dan isir permezz ta’ diversi attivitajiet li kollha għandhom bħala għan aħħari li jgħinu lil dak li jkun isir jaf lil Alla, konkretament fit-talb, fil-ħajja komuni, u fis-servizz fost il-poplu. L-istil ta’ ħajja hekk imsejjaħ “kontemplattiv”, aktar milli jagħlaqna fil-klawsura, jiftaħ il-bibien tal-kunvent (u ta’ qlubna) biex nilqgħu lil kull min hu ta’ rieda tajba u jfittex li ħajtu ssir dejjem iktar tixbah lil dik ta’ Alla.

Membri

Martin D. Schembri O.Carm., Delegat

Damian Cachia O.Carm.

Charlò Camilleri O.Carm.

Orarju

6:00 a.m.         Qawmien

6:30 a.m.         Rużarju u Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum

7:30 a.m.         Quddiesa Komunitarja

12:30 p.m.       Uffiċċju tal-Qari, Talba ta’ Nofs il-Jum u Ikel

7:30 p.m.         Meditazzjoni, Għasar u Ikel

Ħinijiet tal-Quddies

Mit-Tnejn sas-Sibt: 7:30 a.m.

              Nhar ta’ Erbgħa: 6:30 p.m.

              Nhar ta’ Ħadd: 7:30 a.m., 8:30 a.m.

Attivitajiet oħrajn

Il-komunità tilqa’ lil kull min irid jagħmel esperjenza ta’ ħajja tat-talb:

1. Ordni Karmelitan Sekulari – kull l-ewwel Erbgħa tax-xahar

2. Titus Brandsma Circle – talb permezz tal-qaddisin

3. Lectio divina – talb permezz tal-Bibbja

4. OASI – grupp ta’ spiritwalità għall-koppji mizzewġin

5. Grupp ta’ talb San Ġużepp għall-vokazzjonijiet Karmelitani – kull l-ewwel Erbgħa tax-xahar

6. Carmelite Institute Malta – korsijiet formattivi ta’ spiritwalità ġenerali u karmelitana, seminars, u irtiri.

Barra minn hekk, hemm il-possibilità li wieħed iżur il-parti storika tal-kunvent fi żjara bbukkjata minn qabel u mmexxija minn reliġjuż Karmelitan li jagħti spjega artistika, storika u spiritwali tal-imkejjen miftuħa għaż-żjajjar.

Il-ftuħ bi djalogu mad-dinja ta’ żmienna jintlaħaq ukoll b’diversi attivitajiet kulturali u formattivi li jiġu orgnizzati minn żmien għal żmien fil-kunvent.

Kuntatti

Indirizz:          Kunvent tal-Karmnu, Triq Villegaignon, l-Imdina MDN1190

Telefon:          (+356) 21 454524

Imejl:               info@carmelitepriory.org

Websajt:          www.carmelitepriory.org

Facebook:       Carmelite Priory Mdina

YouTube:         Carmelite Priory Mdina