Misraħ Santa Venera

 

11182178_907833069279020_8791090674242501744_nIl-knisja ta’ Santa Venera nbniet fl-1688 u l-Patrijiet Karmelitani aċċettaw li jieħdu din il-knisja u l-kunvent fit-12 ta’ Diċembru 1912 wara ħidma kbira minn Dun Xand Cortis, li kien tant jaħdem għall-ġid tal-Vendriżi. Sena wara li daħlu l-patrijiet, fil-11 ta’ Marzu 1913, b’digriet ta’ Mons. Pietru Pawl Pace, Isqof ta’ Malta, Santa Venera saret Viċi-Parroċċa. Ħames snin wara, fl-4 ta’ Settembru 1918, kienet maħtura Parroċċa. Fuq nota storika, qabel ma l-patrijiet Karmelitani ġew mogħtijin il-knisja u l-kunvent ta’ Santa Venera, fil-kunvent għammru l-eremiti ta’ San Kaloġeru, li pittura tiegħu fuq l-injam għadha tinsab fis-sagristija. Wara li spiċċaw l-eremiti, il-patrijiet Franġiskani Minuri tħajru jieħdu f’idejhom il-knisja u l-kunvent. Aktar tard, il-knisja u l-kunvent għaddew ukoll għand il-Ġiżwiti.

Membri

Jürgen Cucciardi O.Carm., Pirjol

Anthony C. Ferrante O.Carm.

Anthony Cilia O.Carm.

Orarju

  6:50 a.m.       Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum

11:40 a.m.       Uffiċċju tal-Qari u Talba ta’ Nofs il-Jum

                        Ikel

  7:00 p.m.       Għasar

                        Ikel

Ħinijiet tal-Quddies


Mit-Tnejn sal-Ġimgħa:           6:30 a.m., 7:15 a.m., 8:45 a.m., 6:00 p.m.

Nhar ta’ Sibt:                           7:15 a.m., 8:45 a.m., 5:00 p.m., 6:00 p.m.

Nhar ta’ Ħadd:                         6:30 a.m., 7:30 a.m., 8:30 a.m., 10:00 a.m., 6:00 p.m.

Attivitajiet


P. Anthony Cilia O.Carm. imexxi żewġ gruppi ta’ lectio divina. Min jixtieq jattendi jista’ jiġi għal xi waħda minn dawn fil-knisja ta’ Misraħ S. Venera:

  1. kull nhar ta’ Tnejn wara l-quddiesa tas-6:00 p.m.
  2. kull nhar ta’ Tlieta wara l-quddiesa tad-8:45 a.m.

Il-laqgħat jibdew fil-bidu t’Ottubru u jieqfu fl-aħħar ta’ Ġunju.

Kuntatti


Indirizz:          Kunvent tal-Karmnu, Misraħ S. Venera, S. Venera SVR1681

Telefon:           (+356) 21 484053

Imejl:                santavenera1912@karmelitani.org

Blog:                www.knisjasantavenera.wordpress.com