Rivista «Il-Karmelu»

Il-Karmelu 80/1

Il-Karmelu 80/1


«Il-Karmelu», Leħen il-Karmelitani Maltin

Il-Karmelu huwa perjodiku ta’ kull tliet xhur maħruġ mill-Provinċja Karmelitana Maltija dwar il-ħajja u l-ħidma tal-Aħwa tal-Imqaddsa Verġni Marija tal-Għolja tal-Karmelu.

Għan

Il-perjodiku Il-Karmelu beda joħrog fl-1935 bil-għan li jwassal lill-familji Maltin u Għawdxin dak kollu li għandu x’jaqsam mal-ħajja Karmelitana u jgħinhom jikbru fil-valuri u l-kariżma tal-Karmelu fir-realtajiet kollha tiegħu. Għaldaqstant, l-għan ta’ Il-Karmelu huwa li jkun mezz ta’ formazzjoni u informazzjoni għal dawk kollha li b’xi mod jew ieħor iħossuhom parti mill-Familja Karmelitana.

Bord Editorjali

Anthony Cilia O.Carm. (Editur)2_2015a

Charlò Camilleri O.Carm.

Glen Attard O.Carm.

Fabio Borg (Grafika)

Josette Zerafa (Distribuzzjoni)

Keith Attard (Qari tal-provi)

Abbonament

Agħfas hawn biex tara iżjed dwar kif tista’ tabbona f’Il-Karmelu

Direzzjoni u Amministrazzjoni

Indirizz:          L-Editur “Il-Karmelu”, Kunvent tal-Karmnu, Misraħ S. Venera, S. Venera SVR1681

Telefon:           (+356) 2754 2106

Imejl:               il-karmelu@karmelitani.org

Kull materjal biex jidher f’Il-Karmelu, u kull korrispondenza oħra, għandhom jintbagħtu lill-Editur bil-posta normali jew bil-posta elettronika. Id-Direzzjoni żżomm id-dritt li tippubblika f’Il-Karmelu dak il-materjal li jaqbel max-xejra tal-perjodiku.