Santa Venera l-Parroċċa

Il-komunità ta’ Santa Venera rat il-parroċċa tikber u bdiet taħseb kif se taqdi lin-nies ta’ fuq in-naħa ta’ Triq Rjali. Il-Providenza riedet li l-aħwa Apap ħallew lill-komunità ta’ Santa Venera l-post magħruf bħala Chateau Lonz. Dan iċ-ċentru serva għal diversi ħidmiet ta’ appostolat, fosthom għal kappella li nfetħet fis-sena 1948. Maż-żmien, il-patrijiet Karmelitani akkwistaw biċċa art quddiem l-Istitut Apap. Fl-4 ta’ Jannar 1956 sar il-kuntratt u immedjetament beda x-xogħol għal knisja ġdida. Il-Kripta tal-knisja l-ġdida, li ħadet post il-kappella tax-Chateau Lonz, ġiet miftuħa u mbierka fid-19 ta’ Marzu 1969. Fl-1980, għall-kumdità tan-nies u tal-istess patrijiet, twaqqfet komunità indipendenti min dik tal-knisja l-qadima. Il-knisja l-ġdida fuq il-kripta kienet inawgurata fis-17 ta’ Lulju 2005.

Membri

Joseph Falzon O.Carm., Pirjol

Maurice Abela O.Carm., Kappillan

Lawrence Mercieca O.Carm.

Orarju

6.30 a.m.         Uffiċċju tal-Qari

6.45 a.m.         Tifħir ta’ sbiħ il-Jum mal-Poplu

12.00 p.m.       Vista, Talba ta’ Nofs il-Jum u Ikel

4.00 p.m.         Meditazzjoni u Għasar

Kuntatti

Indirizz:           Kunvent tal-Karmnu, Triq il-Parroċċa, Santa Venera SVR1261

Telefon:           (+356) 21 445048

Imejl:                santavenera1980@karmelitani.org

Parroċċa:         Uffiċċju Parrokjali: Tel. 21482851

                                        Websajt: Parroċċa Santa Venera

                          Emejl: svenera1918@gmail.com

                                        Facebook: Parroċċa Santa Venera