Valletta

10987325_1617326535181267_7916613951107624156_nP. Ġwann Vella, Pirjol tal-Lunzjata fir-Rabat, talab biċċa art biex jibni knisja u kunvent. Il-kuntratt tax-xiri tal-art sar fis-27 ta’ Lulju 1570. L-ewwel kappella kienet lesta fi ftit żmien hekk li fl-20 ta’ Diċembru 1570 saret fiha l-Vestizzjoni ta’ xi mseħbin tal-Ordni ta’ San Ġwann. Ix-xogħol tal-bini tal-knisja l-ġdida, li sar taħt it-tmexxija ta’ Ġirolmu Cassar, kien lest fi tmiem is-sena 1586. Ta’ min isemmi li saru mal-500 vestizzjoni u professjoni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann f’din il-knisja tal-Karmnu. Il-Granmastru ta’ kull sena kien jattendi għal xi funzjonijiet, anke meta tlesta l-Kon-Katidral ta’ San Ġwann. Fil-15 ta’ Lulju 1881, minħabba d-devozzjoni kbira tal-Maltin lejn il-Madonna tal-Karmnu, il-kwadru titulari tas-Santwarju kien inkurunat mill-Isqof Carmelo dei Conti Scicluna. Fit-13 ta’ Mejju 1895 il-knisja kienet mgħollija għal ġieħ ta’ Bażilika Minuri. Wara li din il-knisja ġġarfet fit-Tieni Gwerra Dinija ġiet mibnija knisja oħra li tbierket solennement mill-Provinċjal P. Manwel Gatt fil-15 ta’ Ġunju 1981. Ta’ min isemmi li f’dan is-Santwarju Bażilika Minuri Konventwali hemm pitturi ta’ fama kbira, bħal Mattia Preti, Giuseppe Velasco, Guido Reni, Cassarino-Giulio Felice Cassar, Francesco Zahra, Luigi Aspetti, Giuseppe D’Arena, Giuseppe Cali, it-Terzjarja Karmelitana Marija De Domenicis (aljeva ta’ Mattia Preti) u Espri Barthet. It-Tribuna Papali, l-ewwel waħda f’dawn il-gżejjer, hija xogħol fil-bronż u rħam tal-iskultur famuż Piju Cellini. Il-komunità Karmelitana llum tgħix l-ħajja ta’ talb, fraternità, u kontemplazzjoni fost il-poplu b’aċċent speċjali u qawwi marjan.

Membri


Alexander Scerri O.Carm., Pirjol

Felician Bezzina O.Carm.

Albert Brincat O.Carm.

Richard Falzon O.Carm.

Vincent Rotin O.Carm.

Ivan Scicluna O.Carm.

Orarju


7:30 a.m.         Uffiċċju tal-Qari u Tifhir ta’ Sbih il-Jum

12:00 p.m.       Talb ta Nofs il-Jum

                        Ikel

4.45 p.m.         Meditazzjoni u Għasar

8.00 p.m.         Ikel u Rikreazzjoni

Min jixtieq jingħaqad magħna għat-talb huwa mistieden li jifthiem mal-Pirjol.

Nitolbukom biex ma titolbux is-servizz pastorali tagħna fil-ħinijiet li huma riservati għat-talb u l-fraternità tagħna bħala Komunità Karmelitana.

Kuntatti


Indirizz:          Kunvent tal-Karmnu, Triq il-Punent, Il-Belt Valletta VLT1535

Telefon:           (+356) 21 233808

Imejl:               valletta@karmelitani.org

Facebook:        Carmelite Priory Valletta