Fl-1944 il-komunità ta’ Sta. Venera akkwistat biċċa art fil-Fleur-de-lys biex tibni knisja u tkun tista’ tagħti servizz aħjar lin-nies tal-post. Fl-14 ta’ Jannar 1945 tqiegħdet l-ewwel ġebla tal-knisja l-ġdida u fil-31 ta’ Dicembru 1946 kienet lesta u mbierka. F’Mejju tas-sena ta’ wara kienet iffurmata komunità ġdida b’erba’ reliġjużi li kienu joqgħodu f’dar ma’ ġenb il-knisja. Fil-Kapitlu Provincjali tal-1949 din il-komunità inqatgħet kompletament minn dik ta’ Sta. Venera. Billi l-inħawi tal-knisja kien żviluppa ħafna, fil-25 ta’ Jannar 1975, iż-żona ta’ Fleur-de-lys kienet maħtura parroċċa.
Membri
Martin D. Schembri O.Carm., Pirjol u Kappillan
Damian Cachia O.Carm.
Louis Bajada O.Carm.
Orarju
7:00 a.m. Talb
7:25 a.m. Quddiesa Konventwali bit-Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum
11:30 a.m. Talba ta’ Nofs il-Jum
Ikel
5:00 p.m. Talb
6:30 p.m. Għasar man-nies
Ikel
Kuntatti
Indirizz: Kunvent tal-Karmnu, Triq Fluer-de-Lys, Fleur-de-Lys, BKR9069.
Telefon: (+356) 21 441749