Balluta

L-ewwel knisja tal-Madonna tal-Karmnu fil-bajja tal-Balluta, bnewha l-Fratelli tal-Madonna tal-Karmnu tal-Belt Valletta. Ġiet imbierka fit-18 ta’ Settembru 1859 mill-Isqof Gaetano Pace Forno. L-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu li għadha hemm sal-lum hi dik li qabel kienet fil-knisja tal-Belt.  Il-Patrijiet Karmelitani marru joqogħdu l-Balluta fit-22 ta’ Mejju 1890, u sentejn wara l-Ġeneral tal-Ordni, P. Luigi M. Galli, inawgura l-kunvent. Fl-1900 il-knisja tkabbret, imma aktar tard tant saritilha ħsara matul it-Tieni Gwerra Dinija li ġie deċiż li tinbena knisja ġdida. Fis-sena 1974 iż-żona ta’ madwar il-knisja, magħrufha bħala l-Balluta, kienet maħtura parroċċa. Il-knisja il-ġdida kienet ikkonsagrata mill-Arċisqof Ġużeppi Mercieca nhar it-12 ta’ Diċembru 1984. Ma’ ġenb il-kunvent tal-patrijiet, fl-1936 inbena wkoll l-Istudentat, il-post fejn dawk iż-żgħażagħ li jħaddnu l-ħajja karmelitana jirċievu l-formazzjoni tagħhom.

IMAG0411_Fotor

Membri


Renald Lofreda O.Carm., Pirjol u Kappillan

Leonard Mahoney O.Carm.

Guido Micallef O.Carm.

Hermann Duncan O.Carm.

Victor Paul Farrugia O.Carm.

Kuntatti


Indirizz:          Kunvent tal-Karmnu, Triq Ċensu Tabone, San Ġiljan STJ 1219

Telefon:           (+356) 2133 7573