«Il-Karmelu», Leħen il-Karmelitani Maltin
Il-Karmelu huwa perjodiku ta’ kull tliet xhur maħruġ mill-Provinċja Karmelitana Maltija dwar il-ħajja u l-ħidma tal-Aħwa tal-Imqaddsa Verġni Marija tal-Għolja tal-Karmelu.
Għan
Il-perjodiku Il-Karmelu beda joħrog fl-1935 bil-għan li jwassal lill-familji Maltin u Għawdxin dak kollu li għandu x’jaqsam mal-ħajja Karmelitana u jgħinhom jikbru fil-valuri u l-kariżma tal-Karmelu fir-realtajiet kollha tiegħu. Għaldaqstant, l-għan ta’ Il-Karmelu huwa li jkun mezz ta’ formazzjoni u informazzjoni għal dawk kollha li b’xi mod jew ieħor iħossuhom parti mill-Familja Karmelitana.
Bord Editorjali
Anthony Cilia O.Carm. (Editur)
Abbonament
Agħfas hawn biex tara iżjed dwar kif tista’ tabbona f’Il-Karmelu
Direzzjoni u Amministrazzjoni
Indirizz: L-Editur “Il-Karmelu”, Kunvent tal-Karmnu, Misraħ S. Venera, S. Venera SVR1681
Telefon: (+356) 2754 2106
Imejl: il-karmelu@karmelitani.org
Kull materjal biex jidher f’Il-Karmelu, u kull korrispondenza oħra, għandhom jintbagħtu lill-Editur bil-posta normali jew bil-posta elettronika. Id-Direzzjoni żżomm id-dritt li tippubblika f’Il-Karmelu dak il-materjal li jaqbel max-xejra tal-perjodiku.