Tarija (Bolivia)

San_Roque_Tarija_Bolivia

Il-Karmelitani waslu fil-Bolivja minn Arequipa fil-Perù fl-1956. L-ewwel knisja u kunvent kienu fil-belt ta’ La Paz u f’Lulju tal-istess sena ġew afdati l-parroċċa ta’ S. Rokku f’Tarija fejn fetħu wkoll kunvent. Bejn l-2005 u l-2015, kien attiv ukoll il-Kummissarjat Provinċjali tal-Bolovja.

Membri


Garvin Grech O.Carm., Pirjol u Kappillan

Milton Murillo Ortiz O.Carm.

Orarju


6:15 a.m.         Meditazzjoni

7:00 a.m.         Quddiesa Konventwali bit-Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum

7:35 a.m.         Uffiċċju tal-Qari

12:00 p.m.       Ikel u rikreazzjoni

5:30 p.m.         Ikel u rikreazzjoni

7:30 p.m.         Lectio divina

Attivitajiet


Il-Karmelitani jaqdu fil-Parroċċa permezz tax-xandir tal-Kelma t’Alla u l-komunjoni, speċjalment f’dawk l-aktar batuti, morda, u fqar, lil Ġesù ħaj f’nofs il-poplu. Dan isir konkretament permezz tal-pastorali maż-żgħażagħ, il-liturġija, il-ħidma soċjali, u l-katekeżi.

Il-komunità Karmelitana tmexxi wkoll sensiela ta’ rtiri Karmelitani li titqassam fuq tliet pilastri fundamentali tal-ħajja spiritwali: it-talb, l-għarfien tagħna nfusna, u ftuħ għall-grazzja t’Alla. Dawn il-pilastri jingħaxu f’disa’ mumenti:

  1. Qawmien f’Alla
  2. Inħaddnu d-doni tagħna
  3. Infiequ mill-egoiżmu
  4. Fejqan interjuri: qawmien u twelid mill-ġdid
  5. Inħarsu lejn il-Maħbub
  6. Ngħixu fil-Misteru
  7. Il-lejl tas-sensi u tal-ispirtu
  8. L-għajn interjuri
  9. L-għaqda m’Alla hawn u issa

Kuntatti


Indirizz:          Padres Carmelitas, Barrio S. Roque, Calle fray Manuel Mingo 436, Tarija.

Telefon:           (+591) 4-6642006

Imejl:               garvingrech@hotmail.com

                        sanroquetarija@hotmail.com

Websajt:          www.carmelitasbolivia.org