Terz Ordni Karmelitan

Is-sekulari (kemm lajċi kif ukoll qassisin) isibu għajnuna biex igħixu ħajja ta’ qdusija meta, b’sejħa minn Alla, jħaddnu xi Terz Ordni ta’ Familja Reliġjuża. Dawk li jiffurmaw parti mit-Terz Ordni Karmelitan – imsejjaħ ukoll Ordni Karmelitan Sekulari –, jintrabtu li jħarsu r-Regula tagħhom, u jsibu l-ispirazzjoni u l-qawwa biex jgħixu din l-għamla ta’ ħajja qaddisa fuq l-ispirtu tal-Profeta San Elija u tal-Verġni Mqaddsa Marija fi ħdan l-Ordni Karmelitan. L-Ordni Karmelitan Sekulari kif nafuh llum għadda minn diversi żviluppi. Matul is-sekli ħafna nisa u rgiel, filwaqt li baqgħu fid-dinja, assoċjaw ruħhom mal-ħajja spiritwali tal-Ordni Karmelitan ħaddnu l-ispiritwalità tiegħu. Ma’ dawn il-gruppi ta’ lajċi hemm marbuta storja sabiħa għas-sehem tagħhom fl-Ordni, fil-Knisja u fis-Soċjetà. It-Terzjarji huma lajċi rġiel u nisa (miżżewġin jew ċelibi), kif ukoll saċerdoti djoċesani (bħal San Ġorġ Preca) li huma msejħin jgħixu l-ħajja Karmelitana skont l-istat tagħhom u jipprofessaw ir-Regula jonkella wkoll il-voti temporanji u perpetwi tal-kastità u l-ubbidjenza.

Aqra iżjed

seniors

Fraternitajiet


Il-Fraternitajiet tat-Terzjarji nsibuhom kemm fil-knejjes Karmelitani kif ukoll fi knejjes oħra. Kull min hu interessat li jikkuntattja xi waħda minn dawn il-Fraternitajiet, għandu jagħmel dan permezz ta’ dawn l-Assistenti Spiritwali li ġejjin:

Charlò Camilleri O.Carm. (Lunzjata, Mdina)

Alexander Scerri O.Carm. (Valletta, Kerċem)

Guido Micallef O.Carm. (Balluta)

Victor Paul Farrugia O.Carm. (Santa Venera)

Raymond Calleja O.Carm. (Fgura, Ħamrun, B’Kara, Msida, Ħaż-Żabbar, Żejtun, Żurrieq)

Louis Bajada O.Carm. (Fleur-de-Lys)

Dun Darren Pace T.O.K.  (Gżira, Mosta, Ħal Lija, Naxxar)

 

Kunsill Nazzjonali tat-Terz Ordni Karmelitan


Delegat Provinċjali, Moderatur

P. Alexander Scerri O.Carm. (Valletta)

Segretarja

Georgina Linwood T.O.K.

Assistenta Segretarja

Isabelle Duncan T.O.K.

Teżoriera

Maria Zahra T.O.K.

Kunsillieri

Anna Cordeiro T.O.K.

Carmen Cuschieri T.O.K.

Rita Mamo T.O.K.

Isabelle Micallef T.O.K.

 

Kuntatti


Imejl:                 terzjarji@karmelitani.org

Facebook:        Terzjarji Karmelitani