Il-knisja ta’ Santa Venera nbniet fl-1688 u l-Patrijiet Karmelitani aċċettaw li jieħdu din il-knisja u l-kunvent fit-12 ta’ Diċembru 1912 wara ħidma kbira minn Dun Xand Cortis, li kien tant jaħdem għall-ġid tal-Vendriżi. Sena wara li daħlu l-patrijiet, fil-11 ta’ Marzu 1913, b’digriet ta’ Mons. Pietru Pawl Pace, Isqof ta’ Malta, Santa Venera saret Viċi-Parroċċa. Ħames snin wara, fl-4 ta’ Settembru 1918, kienet maħtura Parroċċa. Fuq nota storika, qabel ma l-patrijiet Karmelitani ġew mogħtijin il-knisja u l-kunvent ta’ Santa Venera, fil-kunvent għammru l-eremiti ta’ San Kaloġeru, li pittura tiegħu fuq l-injam għadha tinsab fis-sagristija. Wara li spiċċaw l-eremiti, il-patrijiet Franġiskani Minuri tħajru jieħdu f’idejhom il-knisja u l-kunvent. Aktar tard, il-knisja u l-kunvent għaddew ukoll għand il-Ġiżwiti.
Membri
Jürgen Cucciardi O.Carm., Pirjol
Anthony C. Ferrante O.Carm.
Mark Attard O.Carm.
Anthony Cilia O.Carm.
Orarju
6:50 a.m. Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum
11:40 a.m. Uffiċċju tal-Qari u Talba ta’ Nofs il-Jum
Ikel
7:00 p.m. Għasar
Ikel
Ħinijiet tal-Quddies
Mit-Tnejn sas-Sibt: 6:30 a.m., 7:15 a.m.
Nhar ta’ Ħadd: 7:30 a.m., 8:30 a.m., 10:00 a.m.
Attivitajiet
P. Anthony Cilia O.Carm. imexxi l-grupp tal-lectio divina. Min jixtieq jattendi jista’ jiġi fil-knisja ta’ Misraħ S. Venera: kull nhar ta’ Tlieta wara l-quddiesa tas-7:15 a.m.
Il-laqgħat jibdew fil-bidu t’Ottubru u jieqfu fl-aħħar ta’ Ġunju.
Kuntatti
Indirizz: Kunvent tal-Karmnu, Misraħ S. Venera, S. Venera SVR1681
Telefon: (+356) 21 484053
Imejl: santavenera1912@karmelitani.org
Facebook: Carmelite Priory – Santa Venera