Il-komunità ta’ Santa Venera rat il-parroċċa tikber u bdiet taħseb kif se taqdi lin-nies ta’ fuq in-naħa ta’ Triq Rjali. Il-Providenza riedet li l-aħwa Apap ħallew lill-komunità ta’ Santa Venera l-post magħruf bħala Chateau Lonz. Dan iċ-ċentru serva għal diversi ħidmiet ta’ appostolat, fosthom għal kappella li nfetħet fis-sena 1948. Maż-żmien, il-patrijiet Karmelitani akkwistaw biċċa art quddiem l-Istitut Apap. Fl-4 ta’ Jannar 1956 sar il-kuntratt u immedjetament beda x-xogħol għal knisja ġdida. Il-Kripta tal-knisja l-ġdida, li ħadet post il-kappella tax-Chateau Lonz, ġiet miftuħa u mbierka fid-19 ta’ Marzu 1969. Fl-1980, għall-kumdità tan-nies u tal-istess patrijiet, twaqqfet komunità indipendenti min dik tal-knisja l-qadima. Il-knisja l-ġdida fuq il-kripta kienet inawgurata fis-17 ta’ Lulju 2005.
Membri
Joseph Falzon O.Carm., Pirjol
Maurice Abela O.Carm., Kappillan
Lawrence Mercieca O.Carm.
Orarju
6.30 a.m. Uffiċċju tal-Qari
6.45 a.m. Tifħir ta’ sbiħ il-Jum mal-Poplu
12.00 p.m. Vista, Talba ta’ Nofs il-Jum u Ikel
4.00 p.m. Meditazzjoni u Għasar
Kuntatti
Indirizz: Kunvent tal-Karmnu, Triq il-Parroċċa, Santa Venera SVR1261
Telefon: (+356) 21 445048
Imejl: santavenera1980@karmelitani.org
Parroċċa: Uffiċċju Parrokjali: Tel. 21482851
Websajt: Parroċċa Santa Venera
Emejl: svenera1918@gmail.com
Facebook: Parroċċa Santa Venera