It-tifsir spiritwali tar-Regula

Għalkemm ir-Regula qatt ma ssemmi l-kliem kontemplazzjoni jew ħajja kontemplattiva, madanakollu titkellem b’mod ċar dwar din ir-realtà waħda, komuni għal kulħadd, tal-vjaġġ tar-ruħ lejn Alla. Il-vjaġġ li għamlu l-ewwel Karmelitani ’l barra mill-Art Imqaddsa, minn fuq l-Għolja tal-Karmelu fisser li għalkemm sabu ruħhom ’il bogħod mill-post fejn ħadu isimhom, xorta ħadu biċċa mill-Karmelu magħhom. Il-Karmelu sar jirreferi mhux tant għal post fiżiku iżda minn mindu r-ritorn għall-Art Imqaddsa sar impossibbli minħabba l-invażjoni tas-Seraċini l-Karmelu sar post jew aħjar spazju spiritwali u mistiku. Dawk kollha li jidħlu f’dan l-ispazju mistiku tal-Karmelu huma tassew Karmel-itani.

Il-Venerabbli Ġwanni ta’ San Sansun jikteb hekk, “We must assume that the places where we live are so many Mount Carmels. And we must consecrate them to the extent possible to us with a very lively, very fervent, and very active desire for holiness, in accordance with the true spirit of our First Fathers and Founders. For their strict solitariness would not have been holy if they had not totally abandoned themselves to the influence of God’s Spirit. But because they did not erect any barrier against these influences they became very holy. And they made an enormous effort avtively, and with all their powers, to flow back into God, completely faithful to the abundance of his grace and his Spirit.”

Prayer

Nistgħu naqsmu r-Regula hekk:

Salutatio (nru 1): “Albertu, imsejjaħ mill-grazzja t’Alla”, “Ulied maħbuba fi Kristu u l-eremiti l-oħra”, “Sliem u barka”

Exordium (nri 2-3): “Qalb safja”, “F’ubbidjenza lejn Ġesù Kristu”

Expositio (nri 4-21): 

  • Strutturi bażiċi (nri 4-9): “Ikollkom wieħed minnkom bħala Pirjol”, “fl-eremitaġġ”, “kamra waħda”, “refettorju”, “tibdil ta’ kmamar”, “il-kamra tal-Pirjol”.
  • Eżerċizzi elementari għar-ruħ (nri 10-17): “Kull wieħed għandu joqgħod f’kamartu” (nri 10-11), “oratorju f’nofs iċ-ċelel” (nri 12-15).
  • Nilbsu l-virtujiet ta’ Alla (nri 18-19): “Tilbsu l-armi ta’ Alla”, “Il-ħżiem tas-safa”, “ħsibijiet qaddisa”, “il-korazza tal- ġustizzja”, “it-tarka tal-fidi”, “l-elmu tas-saħħa”, u “is-sejf tar-ruħ”.
  • Nibqgħu fil-kontemplazzjoni (nri 20-21):“Xogħol”, 
“Silenzju”.

Petitio (nri 22-23): “Żomm f’moħħok u wettaq bl-għemil dak li jgħid il-Mulej”, “Ġibu quddiemkom aktar milli lilu, lil Kristu”.

Conclusio (nru 24):
 “Għamla ta’ ħajja ħa timxu fuqha”, “Jekk xi ħadd jagħmel aktar minn dan”.

Għal Kees Waaijman O.Carm. ir-Regula għandha fiċ-ċentru tagħha bħal spazju mistiku vojt li fih il-bniedem, bi grazzja t’Alla, jinfetaħ beraħ biex iħalli sseħħ għal kollox il-ħidma t’Alla. Huwa preċiżament dan l-ispazju vojt l-istat tar-ruħ li fih Alla u l-bniedem jiltaqgħu, li huwa ‘spazju’ attiv u passiv fl-istess waqt, kontemplattiv u attiv, ta’ tluq totali f’Alla u ħidma bla waqfien biex tkun magħmula r-rieda tiegħu. Għal Waaijman, dan l-ispazju ngħixuh l-iżjed fil-konkret permezz tas-Sagrament tal-Ewkaristija, iċċelebrata ta’ kuljum fl-oratorju f’nofs iċ-ċelell. Dan hu l-mument jew l-‘ispazju’ li fih Alla u l-bniedem jingħataw għal xulxin, Alla jiġi fina biex jittrasforma ’l bniedem fih, u l-bniedem jiftaħ qalbu biex isseħħ il-Kelma t’Alla bih, miegħu, u fih.