slideshow

"Għandi qalbi tħeġġeġ għall-aħħar għall-Mulej Alla tal-eżerċti" (1 Slat. 19:10)

L-Ordni Karmelitan

Min aħna

“Ngħixu f’ubbidjenza lejn Ġesù Kristu u fedelment naqduh b’qalb safja u b’kuxjenza tajba,” (Regula, 2); din il-frażi meħuda mill-kitbiet ta’ S. Pawl hija l-bażi ta’ dak kollu li tiġbor fiha l-kariżma tagħna u l-pedament li fuqu Albertu [ta’ Ġerusalemm] bena l-programm ta’ ħajjitna.

Il-Karmelitani jgħixu l-ubbidjenza lejn Kristu billi jfittxu bla waqfien il-wiċċ ta’ Alla l-Ħaj fil-fraternità u fil-qadi fost il-poplu.

Il-kontemplazzjoni tibda meta nintelqu f’idejn Alla, ikun x’ikun il-mod li huwa jagħżel biex jersaq lejna. Hija mġieba li biha ninfetħu għal Alla, li nsibuh preżenti kullimkien. Hekk il-kontemplazzjoni ssir għall-Karmelitan mixja interjuri li ġejja mir-rieda ħielsa ta’ Alla li jqanqlu u jmexxih lejn l-għaqda sħiħa ta’ mħabba miegħu, filwaqt li jagħtih il-grazzja li jgawdi l-fatt li huwa maħbub minn Alla u jgħix fil-preżenza kollha mħabba tiegħu. Din hija esperjenza tal-imħabba ta’ Alla li tibdilna. Din l-imħabba tbattalna mill-modi umani, limitati u imperfetti, ta’ kif naħsbu, inħobbu, u nġibu ruħna, u tibdilhom f’modi divini.

Aqra iżjed

Żomm ruħek aġġornat. Inkiteb biex tibda tirċievi aħbarijiet tagħna. L-abbonament huwa bla ħlas.