Il-Bibljoteka Ġenerali tal-Ordni Karmelitana (BiGOC), li tinsab fiċ-Ċentru Internazzjonali San Albert, Ruma, kellha l-bidu tagħha mill-għaqda tal-Bibljoteka Ġenerali u tal-Bibljoteka Karmelitana (li din tal-aħħar kien bdieha l-Malti P. Piju Serracino Inglott u hija l-aqwa Bibljoteka Karmelitana). F’Novembru li għadda, il-Bibljoteka attwali, immexxija minn P. Mario Alfarano, O.Carm., kienet imniżżla fir-Reġistru tal-Wirt Kulturali u hija preżenti fuq il-portal ‘BeWeb’ tal-Konferenza Episkopali Taljana (CEI). Permezz ta’ din ir-reġistrazzjoni il-BiGOC se tkun tista’ tieħu sehem fil-proġetti taċ-CEI, b’mod partikolari għas-sistema ta’ katalogar kompjuterizzat, li se tieħu post iż-żewġ sistemi ta’ katalogar li kien hemm qabel.
Mix-xahar ta’ Frar 2023, il-Bibljotekarju għandu l-għajnuna tas-sinjura Sara Bischetti. It-tnejn li huma qed joffru diversi servizzi ġodda lill-utenti tal-BiGOC, fosthom: a) Regolamenti ġodda dwar l-aċċess tal-kotba u tal-konsultazzjoni; b) il-websajt tal-BiGOC: www.bibliotecaocarm.com; c) il-mailing list biex wieħed ikun mgħarraf dwar l-aħħar akkwisti (ta’ kotba u rivisti) u dwar attivitajiet oħra tal-BiGOC. Kull min jixtieq ikun inkluż fil-mailing list jista’ jikteb fuq l-email tal-BiGOC: biblioteca.carmelitana@gmail.com