2016-06-14
Temi ta’ Spiritwalità Karmelitana: Il-libsa
Charlò Camilleri O.Carm.
14 ta’ Ġunju 2016
Tema u simbolu importanti ħafna fl-immaġinarju u fil-psike Karmelitana hija dik tal-ilbies. Aktarx li malli ssemmi l-Karmelitani mill-ewwel kulħadd jiġih f’moħħu l-Laptu tal-Madonna tal-Karmnu. L-Ilbies, l- Iskapular, il-Laptu huwa sinonimu magħna l-Karmelitani minkejja li huwa wkoll simbolu li aħna rċevejnih mit-tradizzjoni monastika u li jsib l-għeruq tiegħu fir-rivelazzjoni biblika kemm tar-Rabta l-Qadima kif ukoll tal-Ġdida.