Kungress Nazzjonali tat-Terz Ordni Karmelitan

Nhar Il-Ħadd 4 ta Ottubru 2015 ġie ċċelebrat il-Kungress Nazzjonali tat-Terzjarji Karmelitani u s-Sekulari Tereżjani fl-okkażjoni tal-500 sena mit-twelid ta’ S. Tereża ta’ Ġesù. Dan sar fis-Santwarju ta’ S. Tereża tal-Bambin Ġesù f’Birkirkara. Il-programm beda fl-16:00 b’korteo fil-knisja bil-kwadru-replika tas-Santwarju tal-Karmnu, flimkien ma’ relikwija ta’ S. Tereża. Imbagħad ingħatat merħba minn Patri Mario Borg OCD li spjega wkoll l-iskop tal-Kungress. P. Alex Scerri O.Carm. mexxa t-talb tat-Terzjarji. Id-diskors prinċipali tal-Kungress kien fuq “Santa Tereża ta’ Ġesù, eżempju għalina fil-Ħajja Karmelitana” li sar mill-Provinċjal P. Alexander Vella O.Carm. Wara ġie rreċitat ir-Rużarju bi ħsibijiet meħuda mill-kitbiet ta’ S. Tereża u bil-kant. Kien hemm ukoll mument ta’ Adorazzjoni Ewkaristika li fija sar it-tiġdid tal-wegħdiet tat-Terzjarji kollha. Fl-aħħarnett saret Konċelebrazzjoni mmexxija mill-Provinċjal P. Emmanuel Schembri OCD flimkien mal-Assistenti Spiritwali kollha tal-Komunitajiet.  Żgur li kienet esperjenza sabiħa għall-Familja Karmelitana kollha fejn flimien iċċelebrajna dan il-Kungress u fakkarna il-500 sena mit-twelid ta’ S. Tereża ta’ Ġesù.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *