Temi ta’ Spiritwalità Karmelitana: Il-Ġnien

2016-04-02

Temi ta’ Spiritwalità Karmelitana: Il-Ġnien

Mary Xuereb T.O.Carm.


2 ta’ April 2016

Meta bdejt nagħmel ftit riċerka dwar din l-ideja ta’ ġnien fil-Karmelu bdejt infittex fid-dokumenti uffiċċjali bħar-Regola ta’ San Albert, ir-Ratio u l-Kostituzzjonijiet u ma sibt l-ebda referenza diretta għall-ġnien. Propjament fil-vers 13 tar-Regola hemm referenza għal-liema annimali tista’ trabbi imma ma hemm xejn dwar ġonna! Dan ifisser li l-idea tal-ġnien fil-Karmelu qiegħda aktar fil-fond, kważi fl-inkonxju spiritwali tal-Ordni, u fil-fatt insibu referenzi għalih fil-kitbiet mistiċi ta’ nies kbar. Jien xtaqt nibda propju billi niċċara xi tfisser il-kelma ‘ġnien’. Ġnien mhuwiex oażi naturali, ċioè post sabiħ li ġie hekk b’kumbinazzjoni. Iżda huwa post li joffri spazju magħluq, maħdum u miżrugħ b’varjetà ta’ fjuri, siġar tal-frott jew ħxejjex. Dan ix-xogħol isir b’ordni u kura ta’ xi ħadd li nsejħulu ġardinar jew aħjar ġennien. Biex nieħdu idea ċara ta’ dan biżżejjed niftakru fil-Giardini Vaticani.

 

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *