Temi ta’ Spiritwalità Karmelitana: Il-Mixja

2015-10-25

Temi ta’ Spiritwalità Karmelitana: Il-Mixja

Joseph Saliba O.Carm.


8 t’Ottubru 2015

Il-mixja li aħna nagħmlu fil-qalb tagħna teħodna iżjed ‘il ġewwa fir-relazzjoni tagħna ma’ Alla. Din il-mixja ma taqta’ qatt tpoġġilna quddiemna l-Kelma t’Alla li hija l-bażi kif ukoll l-għan aħħarija biex insiru nafu iżjed lilna nfusna u lil Ġesù Kristu fina. Il-pellegrinaġġ huwa stil ta’ ħajja, attitudni, proposta alternattiva għal skumdità biex is-sigurtà tingħax biss f’Alla … tiftix għal ideal li jeħodna fil-ħajja li ġejja, f’mixja kontinwa lilhinn mis-sigurtà ta’ din id-dinja sa ma jasal għall-ferħ veru tal-ġenna.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *