Nhar id-9 ta’ Ġunju 2023, fl-okkażjoni “Archivissima 2023”, fiċ-Ċentru Internazzjonali San Albert f’Ruma, saret f’round-table conference organizzata mill-Arkivju u mill-Bibljoteka Ġenerali tal-Ordni Karmelitan dwar “Carmelite Travel Diaries of the 1600s” li jinsabu konservati fl-istess arkivju.
Fil-konferenza ħadu sehem diversi studjużi interessati fl-argument, filwaqt li tlieta minnhom ippreżentaw il-paper tagħhom: Flavia Di Giampaolo (Institutum Carmelitanum), “Il diario di Giovanni Antonio Filippini”; P. Cristiano Garcia Dias Barbosa, O.Carm. (Provinċja ta’ Pernambuco, Brażil), “Il Diario romano di Ludovico Perez”; filwaqt li P. Glen Attard, O.Carm. (Provinċja ta’ Malta u l-Università ta’ Malta), ippreżenta l-manwal ftit li xejn magħruf ta’ Jan Pascha li jġib it-titlu “Il-Pellegrinaġġ Spiritwali lejn Ġerusalemm”, oriġinarjament ippubblikat bl-ilsien Fjamming fl-1563. Fi tmiem il-konferenza P. Glen kien afdat il-pubblikazzjoni tax-xogħlijiet ippreżentati f’din il-konferenza.