Spiritwalità, qlub maqsuma u relazzjonijiet imkissrin

Ir-relazzjonijiet ta’ bejnietna jiffurmawna kemm għat-tajjeb kif ukoll għall-ħażin. Huma jsawru l-għarfien tagħna nfusna u ta’ xulxin. Li nħallu lilna nfusna nidħlu f’kuntatt ma’ ħaddieħor jiftaħna għal kull xorta ta’ possibbiltà. Xi relazzjonijiet jimmaturawna, oħrajn jagħnuna, filwaqt li oħrajn jgħinuna nikbru fl-awtentiċità tagħna. Imbagħad hemm oħrajn li jistgħu jferuna u jweġġugħna, speċjalment dawk ir-relazzjonijiet li huma sinifikanti għalina. Dawn jistgħu saħansitra jaqsmulna qalbna. F’sitwazzjonijiet bħal dawn, ta’ wġigħ u vulnerabiltà, l-ispiritwalità mhux biss tgħinna nistaqsu mistoqsijiet adatti, imma wkoll biex nikbru fl-ekwilibriju tagħna, fil-paċi interjuri, u jekk u meta jkun possibbli, anke fir-rikonċiljazzjoni.

Is-seminar huwa organizzat mill-Carmelite Institute Malta u se jkun immexxi minn Clive Mifsud, SDB, u Robert Falzon, SDB. Il-programm tas-seminar se jkun imqassam fuq jumejn: Il-Ġimgħa 26 ta’ Mejju 2023, mis-6.00pm sat-8.00pm, u s-Sibt 27 ta’ Mejju 2023, mid-9.30am san-12.30pm. L-ewwel sessjoni tal-Ġimgħa se ssir online permezz ta’ Zoom, filwaqt li s-sessjoni tas-Sibt se ssir fil-Kunvent tal-Karmelitani l-Imdina. Min hu interessat jista’ jikteb email lil istitut@karmelitani.org għal aktar tagħrif.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *