Amministratur ġdid għall-parroċċa tal-Balluta

L-Arċisqof Charles Scicluna se jafda t-tmexxija tal-ħidma pastorali tal-parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu fil-Balluta f’idejn Dun Joshua Cortis, li se jkun l-amministratur parrokkjali, ġaladarba l-kura pastorali se tgħaddi minn idejn l-Ordni Karmelitan għal għand l-Arċidjoċesi ta’ Malta. Sadanittant l-amministratur parrokkjali se jkun P. Joseph Saliba, O.Carm.

Dun Joshua Cortis twieled fit-23 ta’ Diċembru 1987. Wara li ggradwa b’Baċellerat fil-Kimika u l-Bijoloġija, beda l-mixja għas-saċerdozju fis-Seminarju Maġġuri tal-Arċisqof f’Tal-Virtù fir-Rabat u studja fil-Fakultà tat‑Teoloġija fl‑Università ta’ Malta minn fejn iggradwa fil‑Filosofija u t‑Teoloġija. Kiseb ukoll Liċenzjat fit‑Teoloġija Pastorali.

Dun Joshua ġie ordnat saċerdot nhar it-8 ta’ Mejju 2021. Matul is-snin ġie fdat dawn il-ħidmiet: djaknu u viċi-kappillan f’San Ġiljan (2020-2024) u direttur spiritwali tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport f’Pembroke (2022-2024).

Il-parroċċa tal-Balluta tiġbor fiha madwar 5,200 persuna.

https://www.facebook.com/watch/?v=617331989149825

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *