Festa ta’ San Tarċisju – Protettur tal-Abbatini

Is-Sibt 14 ta’ Novembru kienet ġurnata speċjali għall-abbatini ta’ Malta għax dakinhar iċċelebraw flimkien ġewwa l-Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, fi Fleur-de-Lys il-festa ta’ San Tarċisju, li huwa l-protetur tal-Abbatini.

San Tarċisju kien żgħażugħ li waqt il-persekuzzjoni tal-Insara f’Ruma fis-sena 260 WK, ipprova jieħu l-Ewkaristija bil-moħbi lil dawk li kienu l-ħabs għax kienu nsara. Ġara li meta kien sejjer grupp ta’ tfal sħabu bdew jittantawh u jitfgħulu l-ġebel biex jeħdulu l-Ewkaristija. Huwa miet kaġun tal-ħafna ġebel li tefgħulu bl-Ewkaristija marsusa ma sidru.

Għal din il-festa attendew mijiet ta’ abbatini mill-parroċċi ta’ Malta akkumpanjati mid-diretturi tagħhom flimkien ma Dun Frans Bonnici, Direttur Nazzjonali tal-Abbatini.

Il-festa bdiet b’purċissjoni miċ-Ċentru Familja Karmelitana għall-knisja bl-istatwa ta’ San Tarċisju. L-abbatini ta’ Fleur-de-Lys ippreparaw play interessanti ħafna biex juru kif kienet tkun illum il-ħajja ta’ San Tarċisju u wrew li għad hawn min qiegħed ibati għax hu nisrani.

Wara bdiet il-quddiesa li tmexxiet minn Fr Martin D. Schembri, O. Carm, Kappillan ta’ Fleur-de-Lys, flimkien mad-diretturi tal-Abbatini. Wara intwera feature preparat mill-abbatini stess ta’ Fleur-de-Lys, dwar il-ħajja ta’ San Tarċisju.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *