Il-Parroċċa ta’ Santa Venera tiċċelebra l-ĠUBLEW TAL-ĦNIENA

Inħennu għax sibna l-Ħniena 


Iż-żewġ binarji li fuqhom nixtiequ li jimxi l-Ġublew hu: i. L-esperjenza tagħna li ksibna l-Ħniena t’Alla, ii. Il-Ħniena li nuru mal-oħrajn.  Għalhekk matul ix-xhur tas-sena isir tagħlim u ċelebrazzjonijiet dwar is-sagramenti li fihom nesperjenzaw il-Ħniena t’Alla; u l-Opri tal-Ħniena li permezz tagħhom il-Ħniena li rċevejna mingħand Alla nqasmuha mal-oħrajn.

 

PROGRAMM TAL-ĠUBLEW TAL-ĦNIENA FIL-PARROĊĊA TA’ SANTA VENERA

Tħejjija għall-Ġublew tal-Ħniena

  • Mit-Tnejn 30 ta’ Novembru sal-Ħadd 6 ta’ Diċembru 2015, fil-knejjes kollha tal-Parroċċa, fil-quddies kollu isir ħsieb qasir u talba, bi tħejjija għall-Ġublew.
  • It-Tnejn 7 ta’ Diċembru 2015: Fis-6.00 p.m. fil-Knisja Parrokkjali jingħad ir-rużarju u joħroġ pellegrinaġġ aux flaumbleux bis-Salib Imqaddes u bil-kwadru tal-Immakulata, li jgħaddi minn Triq il-Parroċċa għal Triq il-Kanun fejn tkun ċelebrata l-quddiesa ta’ Lejliet l-Immakulata quddiem in-niċċa tal-Immakulata Kunċizzjoni, bħala velja bi tħejija għall-Ġublew. Dakinhar ma ssirx il-quddiesa tas-6.30 p.m. fil-Knisja Parrokkjali. F’dan il-ħin m’għandha ssir l-ebda attivita’ oħra mill-għaqdiet tal-Parroċċa biex ilkoll nieħdu sehem f’din il-Velja. F’każ ta’ maltemp isir kollox fil-Knisja Parrokkjali.

 

Diċembru 2015

Sagrament: iż-Żwieġ

Opra tal-Ħniena: itma’ lil min hu bil-ġuħ, isqi lil min hu bil-għatx

Il-Ħadd 13 ta’ Diċembru 2015

4.30 p.m.: Jitlaq trasport minn quddiem il-Knisja Parrokkjali għall-Imdina biex nieħdu sehem fil-ftuħ tal-Ġublew fl-Arċidjoċesi.

It-Tnejn 14 ta’ Diċembru 2015

7.15 p.m.: Laqgħa ta’ formazzjoni dwar is-Sagrament ta-Żwieġ bħala sinjal tal-Ħniena t’Alla,  mir-Rev. Prof. Hector Scerri, fiċ-Ċentru Parrokkjali.  Din il-laqgħa ser tkun organizzata mill-Gruppi Familji Insara.

Il-Ħadd 20 ta’ Diċembru 2015

9.00 a.m.: Quddiesa bis-sehem tal-pasturi ħajjin.

9.45 a.m.: Mixja tal-pasturi ħajjin mill-Knisja Parrokkjali sal-Kripta fejn isir presepju ħaj mill-Gruppi Familji Żgħażagħ Santa Venera bis-sehem tal-għaqdiet tal-Parroċċa.

Il-Ħamis 24 ta’ Diċembru 2015

11.00 p.m.: Velja tal-Milied fil-Ġublew tal-Ħniena imtella’ mill-Kor Santa Venera fil-Knisja Parrokkjali, bis-sehem tal-abbatini  u t-tfal tal-Ewwel Tqarbina.

Is-Sibt 26 ta’ Diċembru 2015

6.30 p.m.: Quddiesa li fiha niċċelebraw il-Ġublew tal-Miżżewġin fis-Ġublew tal-Ħniena.  Din il-quddiesa tkun organizzata mill-Kummissjoni Familja.

  • Fiż-żmien tal-Avvent fil-knisja jitqegħdu kaxxi li fihom jista’ jitqiegħed ikel u xorb li jitqassam matul is-sena lil persuni fil-bżonn. Jieħdu ħsieb din l-inizzjattiva il-Kummissjoni Djakonija.

Matul dan ix-xahar, il-Grupp ta’ Talb għall-Vokazzjonijiet iwasslu l-messaġġ tal-Ħniena t’Alla lir-residenti ta’ dawn it-toroq: Triq il-Kanun, Triq il-Buttar, Triq Antonio Miruzzi, Triq il-Parroċċa, Triq il-Kbira San Ġużepp u Triq il-Ħaddied

 

Jannar 2016

Sagrament: il-Magħmudija

Opra tal-Ħniena: libbes lil min hu għarwien

Il-Ġimgħa 22 ta’ Jannar 2016

6.30 p.m. Issir laqgħa ta’ formazzjoni fil-Knisja l-Qadima mir-Rev. Prof. Hector Scerri, dwar is-sagrament tal-Magħmudija bħala sinjal tal-Ħniena t’Alla.  Din il-laqgħa tkun organizzata mill-Mixja Neokatekumenali.

Il-Ħadd 24 ta’ Jannar 2016

11.30 a.m.: Quddiesa li fiha jkun ċelebrat il-Ġublew tat-Tfal fil-Ġublew tal-Ħniena.    Matul dan ix-xahar fil-klassijiet tal-katekiżmu isir tagħlim dwar il-Ħniena; issir wirja ta’ tpinġija mit-tfal dwar il-Ġublew u t-tfal tal-Parroċċa jisponsorjaw proġett żgħir fid-Dar ta’ San Ġużepp.

It-Tnejn 25 ta’ Jannar 2016

6.15 p.m.: Isir seminar ta’ formazzjoni għal dawk li jservu fil-qasam tal-liturġija.

Il-Ħadd 31 ta’ Jannar 2016

09.00 a.m.: F’Jum is-Solennita’ tal-Appostlu Missierna San Pawl, fil-quddiesa issir iċ-ċelebrazzjoni tas-sagrament tal-Magħmudija u jsir it-tiġdid tal-magħmudija tagħna.  

  • Matul dan ix-xahar, in-nies ikunu mistiedna jixtru ħwejjeġ ġodda minn ħwienet u jġibuhom il-knisja biex jitqassmu lir-refuġjati.

Matul dan ix-xahar, il-Gruppi Familji Insara iwasslu l-messaġġ tal-Ħniena t’Alla lir-residenti ta’ dawn it-toroq: Triq il-Brunżar, Triq Emmanuel Attard, Triq il-Parata, Triq l-Inkwina u Triq in-Nagħal.

 

Frar 2016

Sagrament: il-Qrar

Opra tal-Ħniena: ilqa’ lil min hu bla dar

 L-Erbgħa 3 ta’ Frar 2016

6.30 p.m.: Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali bis-sehem tal-Kongregazzjonijiet Reliġjużi ta’ Santa Venera, li fiha jkun ċelebrat il-Ġublew tar-Reliġjużi fil-Ġublew tal-Ħniena.

Il-Ġimgħa 12 ta’ Frar 2016

6.30 p.m.: Ċelebrazzjoni Penitenzjali Komunitarja fil-Knisja l-Qadima.  Din iċ-ċelebrazzjoni tkun organizzata mill-Kummissjoni Liturġika.

7.00 p.m.: Ċelebrazzjoni Penitenzjali Komunitarja fil-Knisja Parrokkjali.  Jipprietka r-Rev. Prof. Hector Scerri.  Din iċ-ċelebrazzjoni tkun organizzata mill-Kummissjoni Liturġika.

It-Tnejn 22 ta’ Frar 2016

9.15 a.m.: Isir pellegrinaġġ parrokkjali għar-Redentur meqjum fil-Bażilka tal-Isla.

Il-Ġimgħa 26 ta’ Frar 2016

6.30 p.m.: Pellegrinaġġ bil-vara ta’ Ġesu’ Redentur, mill-Knisja l-Qadima għall-Knisja Parrokkjali. 

  • Matul dan ix-xahar, il-Parroċċa tisponsorja proġett fid-dar tal-Provinċja Karmelitana Maltija għar-refuġjati.

Matul dan ix-xahar, l-Azzjoni Kattolika iwasslu l-messaġġ tal-Ħniena t’Alla lir-residenti ta’ dawn it-toroq: Triq Ħal-Kaprat, Triq l-Għollieq, Triq San Pawl, Triq Mons. Ġużeppi de Piro, Triq Tumas Dalli, Triq Braille, Triq l-Istitut Bonnici u Triq Dun Alfred Gatt.

 

Marzu 2016

Sagrament: il-Griżma tal-Morda

Opra tal-Ħniena: Żur il-morda

Is-Sibt 5 ta’ Marzu 2016

4.30 p.m.: Issir quddiesa fil-kappella ta’ Casa Francesco fejn issir il-Griżma tal-Morda lir-residenti.

It-Tnejn 7 ta’ Marzu 2016

9.30 a.m.: Fil-Kappella tal-Istitut ta’ Apap issir quddiesa li fiha jkun ċelebrat il-Ġublew tal-anzjani u l-morda.  Qabel il-quddiesa isir ħsieb mir-Rev. Prof. Hector Scerri u ssir il-Griżma tal-Morda.  Din il-quddiesa tkun organizzata mill-Kummissjoni Djakonija.

L-Erbgħa 9 ta’ Marzu 2016

9.00 a.m.: L-Azzjoni Kattolika torganizza żjara f’xi sptarijiet.

Is-Sibt 19 ta’ Marzu 2016

6.30 p.m.: Waqt quddiesa fil-Knisja Parrokkjali jkun ċelebrat il-Ġublew tal-Adoloxxennti u ż-Żgħażagħ fil-Ġublew tal-Ħniena.

  • Matul dan ix-xahar tkun amministrata l-Griżma tal-Morda lil dawk il-persuni anzjani jew morda li ma joħorġux minn djarhom.

Matul dan ix-xahar, il-Gruppi ta’ wara l-Griżma tal-Isqof iwasslu l-messaġġ tal-Ħniena t’Alla lir-residenti f’dawn it-toroq: Triq il-Parilja, Triq il-Ferrovija, Triq Ġalanton Vassallo, Triq il-Kaless u Triq Ġuże’ Flores.

 

April 2016

Opra tal-Ħniena: Żur il-ħabsin

Il-Ġimgħa 1 t’April 2016

9.00 a.m.: Isir pellegrinaġġ għas-Santwarju tal-Ħniena Divina, in-Naxxar.

Il-Ħadd 3 t’April 2015

Tiġi ċelebrata l-Festa tal-Ħniena Divina fil-Ġublew tal-Ħniena.

  • Matul dan ix-xahar ssir żjara minn grupp żgħir mill-Parroċċa fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin.

Matul dan ix-xahar, l-Aħwa tal-Mixja Neokatekumenali iwasslu l-messaġġ tal-Ħniena t’Alla lir-residenti f’dawn it-toroq: Triq Romeo Romano, Triq it-Turretta, Triq Adelaide Cini, Triq l-Imsida, Triq il-Madonna tal-Karmnu u Triq il-Markiż John Scicluna.

 

Mejju 2016

Sagrament: it-Tqarbin

Opra tal-Ħniena: Agħti parir tajjeb lill-ħosbien, Farraġ lill-imnikktin

It-Tnejn 2 ta’ Mejju 2016

6.15 p.m.: Isir seminar ta’ formazzjoni għal dawk li jservu fil-qasam tal-familja.

It-Tlieta 31 ta’ Mejju 2015

9.00 a.m.: Isir pellegrinaġġ parrokkjali għas-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa.

Il-kwaranturi bi tħejjija għall-festa ta’ Corpus Domini isiru fil-knejjes differenti tal-Parroċċa.  F’waħda mill-knejjes jipprietka r-Rev. Prof. Hector Scerri.

Fil-ġimgħa ta’ wara l-Ewwel Tqarbina, il-Kummissjoni Kateketika torganizza ċelebrazzjonijiet għat-tfal li jkun għamlu l-Ewwel Tqarbina bħala apprezzament tas-sagrament tat-Tqarbin.

  • Matul dan ix-xahar issir ħidma mill-Kummissjoni Djakonija biex is-servizzi t’għajnuna professjonali li nsibu fir-raħal tagħna jkunu magħrufa mir-residenti.

Matul dan ix-xahar, il-MUSEUM tal-Bniet iwassal il-messaġġ tal-Ħniena t’Alla lir-residenti f’dawn it-toroq: Triq iż-Żonqor, Triq il-Karmelitani, Triq Salvu Gullaimier, Triq Ċikku Portanier, Triq il-Blata l-Kaħla, Triq is-Soll, Triq il-Franka u Triq l-Omnibus.

  

Ġunju 2016

Sagrament: it-Tqarbin

Opra tal-Ħniena: Għallem lil min ma jafx

It-Tnejn 6 ta’ Ġunju 2016

8.00 a.m.: Isir pellegrinaġġ parrokkjali għas-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu.

Mit-Tnejn 6, L-Erbgħa 8 il-Ħamis 9 ta’ Ġunju 2016

7.00 p.m.: Il-Kunsill Pastorali Parrokkjali jorganizza Jiem ta’ Tagħlim dar il-Ħniena t’Alla fuq iz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali.

Matul dan ix-xahar, il-Leġjun ta’ Marija Irġiel iwassal il-messaġġ tal-Ħniena t’Alla lir-residenti f’dawn it-toroq: Triq is-Sarġ, Triq Anton inglott, Triq Dun Kalċidon Schembri, Triq il-Qawsalla, Triq Emvin Cremona, Triq Santa Venera, Triq il-Ħarrub u Triq il-Kappillan Mifsud

 

Lulju 2016

It-Tlieta 26 ta’ Lulju 2016

6.30 p.m.: Issir quddiesa li fiha niċċelebraw bħala Parroċċa il-Ġublew tal-Ħniena fuq l-eżempju Santa Venera u l-Martri kollha bħala sinjal tal-Ħniena t’Alla.

Matul dan ix-xahar, il-voluntiera tal-Parroċċa iwasslu l-messaġġ tal-Ħniena t’Alla lir-residenti f’dawn it-toroq: Misraħ Santa Venera, Triq Dun Xand Cortis, Trqi Patri Ġustin Sant, Triq Patri Ġwann Azzopardi, Trejqet il-Ferrovija, Triq tal-Fawwara u Triq il-Ward.

 

Awwissu 2016

Opra tal-Ħniena: Widdeb lill-midinbin

  • Matul dan ix-xahar kull persuna jagħmel ħiltu biex bl-għajnuna t’Alla, b’karita’ u prudenza, jipprova jressaq lejn is-sagramenti, xi persuna li tinsab il-bogħod mis-sagramenti.

Matul dan ix-xahar, il-Grupp tal-Abbatini iwasslu l-messaġġ tal-Ħniena t’Alla lir-residenti f’dawn it-toroq: Trqi Brighella, Trqi il-Kardinal Sciberras, Triq Abela, Triq San Ġorġ, Triq Ġuże’ Pace, Trqi il-Qalb Imqaddsa, Triq l-14 ta’ Novembru, Triq l-4 ta’ Settembru, Triq il-Lunzjata, Triq Salvinu Spiteri, Triq Vincenzo Bugeja u Triq il-Kanonku Bonnici.

 

Settembru 2016

Sagrament: l-Ordni Sagri

Opra tal-Ħniena: Aħfer il-ħtijiet

It-Tlieta 13, l-Erbgħa 14 u l-Ġimgħa 16 ta’ Settembru 2016

Il-Grupp tal-Abbatini jorganizza jiem ta’ talb għall-Vokazzjonijiet Karmelitani.

It-Tnejn 19 ta’ Settembru 2016

6.15 p.m.: Isir seminar ta’ formazzjoni għal dawk li jservu fil-qasam tal-Kateketika.

It-Tlieta 20 ta’ Settembru 2016

7.00 p.m.: Issir Lectio Divina fil-Knisja Parrokkjali mir-Rev. Prof. Hector Scerri dwar silta’ mill-Bibbja dwar is-Saċerdozju.

Il-Ġimgħa 23 ta’ Settembru 2016

5.00 p.m.: Pellegrinaġġ parrokkjali għall-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina.

Il-Ħadd 25 ta’ Settembru 2016

11.30 a.m.: Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali li fiha jkun ċelebrat il–Ġublew tal-Katekisti fil-Ġublew tal-Ħniena.

It-Tnejn 26 ta’ Settembru 2015

7.00 p.m.: Issir ċelebrazzjoni tal-Kelma t’Alla mill-Mixja Neokatekumenali dwar ir-Rikonċiljazzjoni.

Matul dan ix-xahar, il-Leġjun ta’ Marija Nisa iwassal il-messaġġ tal-Ħniena t’Alla lir-residenti f’dawn it-toroq: Misraħ il-Kebbies, Triq il-Fanali, Triq Vivion, Triq Misraħ il-Barrieri u Triq Reġjonali.

 

Ottubru 2016

Opri tal-ħniena: Ħu sabar b’min idejqek

It-Tnejn 3 t’Ottubru 2016

9.00 a.m.: Isir pellegrinaġġ parrokkjali għas-Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu, il-Belt Valletta.

It-Tlieta 4 t’Ottubru 2016

6.30 p.m.: Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali animata mit-Terzjarji Karmelitani li fiha jkun ċelebrat il-Ġublew Marjan fil-Ġublew tal-Ħniena.

It-Tnejn 23 t’Ottubru 2016

6.15 p.m.: Isir seminar ta’ formazzjoni għal dawk li jservu fil-qasam tad-djakonija.

  • Kull individwu jkun imħeġġeġ li jagħmel att ta’ rispett/karita’ ma’ xi persuni li soltu jaħrabhom.

Matul dan ix-xahar, it-Terzjarji Karmelitani iwasslu l-messaġġ tal-Ħniena t’Alla lir-residenti f’dawn it-toroq: Triq carini, Triq Dun Frans Camillri, Triq Ħal-Qormi, Triq il-Kukkanja u Triq Patri Franġisk Grech.

 

Novembru 2016

Sagrament: Il-Griżma tal-isqof

Opra tal-Ħniena: Itlob ‘l Alla għall-ħajjin u għall-mejtin

It-Tnejn 7 ta’ Novembru 2016

9.00 a.m.: Isir pellegrinaġġ organizzat mit-Terzjarji Karmelitani u l-Azzjoni Kattolika għaċ-ċimiterju ta’ Santa Marija Addolorata.

Il-Ġimgħa 11 ta’ Novembru 2016

6.00 p.m.: Fil-Knisja l-Qadima issir quddiesa ta’ interċessjoni immexxija mill-Grupp Kariżmatiku.

Il-Ħadd 13 ta’ Novembru 2016

9.00 a.m.: Quddiesa li permezz tagħha nirringrazzjaw lil Alla tal-ġid li jkun twettaq bil-grazzja tiegħu matul il-Ġublew tal-Ħniena.

Fil-Ġimgħa ta’ qabel il-Griżma tal-Isqof isir talb u tagħlim dwar dan is-sagrament.

  

Matul is-sena tal-Ġublew

  • Fil-Knisja Parrokkjali u fil-Knisja l-Qadima isiru banners bil-logo tal-Ġublew u bit-tema Ġubilari tal-Parroċċa.
  • Fil-Knisja Parrokkjali jkun espost il-kwadru tal-Ħniena Divina.
  • Fil-fuljett tal-Parroċċa, kull xahar ikun hemm ħsieb tal-Ġublew imħejji mill-Kummissjoni Parrokkjali Ġublew tal-Ħniena.
  • Isiru l-konsagrazzjoni tal-Familji lill-Qalb ta’ Ġesu’ u lil Qalb ta’ Marija.
  • Kull l-ewwel Ġimgħa tax-xahar, fl-aħħar għaxar minuti tal-adorazzjoni li ssir wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jingħad it-talb tal-Ħniena Divina.

Leave a Reply

Your email address will not be published.