Il-pulizija fit-Tramuntana tal-Kontea ta’ Cork qed jappellaw lill-pubbliku għall-għajnuna fis-sejbien tal-vandali li kellhom fil-mira tagħhom il-fdalijiet tal-kunvent tal-Karmelitani f’Castlelyon li kien twaqqaf 800 sena ilu. Il-fdalijiet ta’ dan il-kunvent huma klassifikati bħala monument nazzjonali. Diversi partijiet mill-ħitan tal-kunvent u taċ-ċimiterju kienu vandalizzati b’żebgħa sewda. In-nies tal-post baqgħu xxukkjati b’dan it-tieni inċident u talbu l-għajnuna tal-pulizija. Infatti, qabel din il-ħsara, ftit taż-żmien ilu, xi vandali kienu diġà wettqu attakki oħra fuq iċ-ċimiterju li jinsab fil-qrib. Fl-Irlanda, il-ħsara li ssir fuq monumenti storiċi nazzjonali huwa reat li jġorr miegħu pieni ħorox. Il-multi jistgħu jwasslu sa €50,000 jew sena ħabs.
Il-Karmelitani kienu waslu f’Castlelyon madwar l-1307. Il-biċċa l-kbira tal-bini eżistenti huwa datat għas-seklu 15. L-ewwel Kapitlu Provinċjali wara r-Restawrazzjoni tal-Provinċja Irlandiża (1741) jelenka l-kunvent ta’ Castlelyon bħala wieħed mill-erbatax-il kunvent tal-Provinċja. Ma nafux ir-raġuni l-għaliex il-Karmelitani ħallew dan il-kunvent qrib l-1819. Għal aktar tagħrif ara: