Il-Kapitlu tal-Monasteru “Mary, Star of the Sea” f’Tanay (Rizal), il-Filippini

Fit-18 ta’ Frar 2023, fil-monasteru tas-sorijiet Karmelitani tal-klawsura “Mary, Star of the Sea” f’Tanay (Rizal), il-Filippini, sar il-Kapitlu ta’ kull tliet snin biex ikunu maħtura l-uffiċjali tal-komunità. L-elezzjoni tal-Prijura, Suor Maria Esperanza of the Immaculate Heart of Mary Cecilio, O.Carm., kienet preseduta mill-Isqof ta’ Antipolo, Mons. Francisco de Leon.

Il-monasteru “Carmel of Mary, Star of the Sea” huwa fondazzjoni tal-Federazzjoni “Stella Maris” tas-sorijiet Karmelitani tal-klawsura fil-Filippini. Erba’ sorijiet huma ġejjin mill-Karmelu tal-Madonna ta’ Nazaret (Cabanatuan City), erba’ sorijiet mill-Monasteru Karmelitan tas-Sagra Familja (Guiguinto) u soru waħda mill-Monasteru Karmelitan tal-Madonna ta’ Maravillas u San Ġużepp (Dumaguete City). Il-monasteru kien inawgurat fil-11 ta’ Novembru 2001 u twaqqaf kanonikament fl-14 ta’ Novembru 2001. L-ewwel elezzjoni kanonika tal-prijura saret fl-4 ta’ Diċembru 2001.

Illum, din il-komunità, li hija ffurmata minn ħdax-il soru, żewġ juniors u seba’ novizzi, hija l-frott tal-għaqda li hemm bejn il-monasteri Karmelitani fil-Filippini.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *