Jum ta’ fraternità

Nhar is-Sibt, 4 ta’ Marzu 2023, f’Villa Carmelitas (id-Dar tan-Novizzjat), il-21 żagħżugħ Karmelitan li qegħdin fil-formazzjoni inizjali fil-Kummissarjat tal-Perù, iltaqgħu sabiex jgħaddu l-ġurnata flimkien fi spirtu ta’ fraternità. L-okkażjoni bdiet biċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija immexxija minn P. Raul Maraví Cabrera, O.Carm., u s-surmastrijiet responsabbli mill-formazzjoni taż-żewġ komunitajiet Karmelitani. Wara, dawn iż-żgħażagħ ħadu sehem f’diversi attivitajiet biex isiru aktar midħla ta’ xulxin.

Ta’ min jgħid li f’din is-sena skolastika fil-Perù hemm studenti Karmelitani membri ta’ erba’ entitajiet differenti tal-Ordni:

– Il-Provinċja Amerikana PCM (Perù, Venezwela, Messiku u Nikaragwa)

– Il-Provinċja ta’ Malta (Bolivja)

– Il-Provinċja tal-Italja (Kolombja)

– id-Delegazzjoni Ġenerali Titu Brandsma (Kolombja)

Nitolbu dejjem lill-Mulej għall-vokazzjonijiet li għandna bħalissa u għal dawk li għad iberikna bihom. Fost dawn iż-żgħażagħ hemm 3 Bolivjani tal-Provinċja Maltija: 1 profess sempliċi u 2 Prenovizzi.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *