“Imwielda f’fomm il-Kelma”

Nhar it-2 ta’ April 2016 l-Ordni Karmelitan fetaħ sena ta’ ċelebrazzjonijiet li jfakkru l-450 sena mit-twelid ta’ Santa Marija Maddalena de’ Pazzi, mistika Karmelitana li ħalliet warajha mhux biss wirt dottrinali u reliġjuż iżda wkoll letterarju. Fil-Provinċja Karmelitana Maltija ittieħdu diversi inizjattivi li jiċċelebraw dan l-anniversarju. Is-sena tagħlaq nhar il-25 ta’ Mejju 2017 b’ċelebrazzjoni fis-Santwarju-Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt Valletta.

Matul din is-sena (2016-2017) saru diversi ċelebrazzjonijiet, konferenzi, irtiri u ġew ippublikati wkoll sussidji għat-talb, artikli akkademiċi u għall-pubbliku in ġenerali, radjudramm u inizjattivi oħra. Ġie pubblikat ukoll timbru mill-Maltapost u envelop numerat li jfakkar dan l-anniversarju.

Attività oħra li jmiss hija l-Wirja Kollettiva organizzata mill-Provinċja Karmelitana Maltija fil-Karmnu tal-Imdina li se tiftaħ nhar it-28 ta’ April. Il-wirja tibqa’ miftuħa għall-pubbliki sat-28 ta’ Mejju 2017. It-tema hija dik stess tal-Anniversarju “Imwielda f’Fomm il-Kelma”. F’din il-wirja se jieħdu sehem artisti Maltin u barranin.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *