Nhar l-20 ta’ Ottubru 2015, l-E.T. Marie-Louise Coleiro Preca, President ta’ Malta, żaret Saint Elias College, bħala parti miż-żjarat li qiegħda tagħmel fl-iskejjel. Wara li ngħatat merħba mill-istaff u l-istudenti kollha fis-sala, saru kelmtejn mill-President tal-Kunsill tal-Istudenti u mid-Direttur għas-Servizzi Edukattivi għall-Iskejjel tal-Knisja. Wara li indirizzat lil kulħadd, il-President kellha laqgħat ta’ diskussjoni mal-istudenti tad-9 u l-10 sena. Il-Kulleġġ ta lill-President tifkira tal-okkażjoni u l-offerta ta’ €500 li nġabret fil-Jeans & Casual Day għall-Malta Community Chest Fund. Il-President ippreżentat lill-Kulleġġ 2 kotba għal-librerija.