Festa tal-Konverżjoni ta’ San Pawl

26th January 2016

Festa tal-Konverżjoni ta’ San Pawl

Alexander Vella O.Carm.


25 ta’ Jannar 2016

“Dak li għażilni sa minn ġuf ommi u sejjaħli permezz tal-grazzja tiegħu għoġbu jirrivelali lil Ibnu biex inħabbru lill-ġnus.” (Gal 1:15-16) Din, fi kliem l-Appostlu nnifsu, hija t-tifsira vera u sħiħa ta’ dak li l-festa tal-lum qegħda tiċċelebra. Qegħdin niċċelebraw ir-rivelazzjoni ta’ Ġesù ta’ Nazaret bħala l-Messija u l-Iben ta’ Alla lil Sawl, rivelazzjoni li kienet fl-istess waqt is-sejħa, il-vokazzjoni tiegħu. Kienu sejħa u rivelazzjoni li mhux biss bidlu ħajjet Sawlu u qalbuha ta’ taħt fuq, imma wkoll bidlu x-xorti tad-dixxiplu tan-Nazzarenu u minn setta Lhudija għamluhom Knisja universali. Kienet il-ġrajja fundamentali fil-ħajja ta’ Sawlu, u xejn inqas fundamentali ġrajjet il-Knisja ta’ Kristu.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *