Temi ta’ Spiritwalità Karmelitana: L-Għolja

9th January 2016

Temi ta’ Spiritwalità Karmelitana: L-Għolja

Ivan Scicluna O.Carm.


9 ta’ Jannar 2016

Is-simbolu tal-għolja huwa wieħed ċentrali għall-identità tal-Ordni Karmelitan. L-għolja tissemma mill-ewwel fl-ewwel vers tal-aktar dokument importanti tal-Ordni, ir-Regula. L-għolja tidentifika u tiddistingwina bħala dak il-grupp ta’ aħwa miġburin fuq l-Għolja tal-Karmel. Kieku ma kienx għal dan l-isem, l-isem tal-għolja, konna nibqgħu anonimi.

Is-sens spiritwali tal-għolja jiddomina l-moħħ Karmelitan sa mill-bidu. Huwa xorob mill-Iskrittura Mqadsa kif ukoll mill-Missirijiet tal-Knisja dan is-simbolu għani tal-esperjenza spiritwali ta’ Alla. Għalina l-Għolja tal-Karmel hija arketip, xbiha mentali, li tul iż-żmien baqgħet stampata fis-subkonxju kollettiv tal-Ordni.

Illum l-Ordni Karmelitan huwa msejjaħ li kull kunvent u monasteru jittrasformah f’Karmelu, f’post qaddis ta’ solitudni qaddisa u komunjoni intima ma’ Alla u mal-aħwa.

 

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *