2015-12-30
Id-Dawl Jiddi fil-Dlam
Glen Attard O.Carm.
30 ta’ Diċembru 2015
Il-lejl tal-arrest ta’ Ġesù jfisser għal Pietru ċ-ċaħda ta’ dak li warajh mexa għal tliet snin sħaħ, filwaqt li l-istess lejl ifisser għal Ġesù lejl ta’ dieqa u biża’ iżda aċċettazzjoni bis-sħiħ tal-missjoni mogħtija lilu mill-Missier. L-istess ċirkustanza, l-istess lejl, jingħax b’żewġ atteġġamenti differenti għall-aħħar. Nixtieq li niffukaw biss fuq il-lejl ta’ Ġesù.
Fil-ġest definittiv tal-aċċettazzjoni sħiħa tal-missjoni tiegħu, Ġesù jwaqqa’ l-illużjoni li d-dlam huwa sempliċiment kriżi u ħażin, u d-dawl huwa tajjeb u pożittiv. Il-dlam isir jiddi bħad-dawl, id-dawl jiddi fid-dlam, id-dawl tar-ruħ jitwieled mid-dlam interjuri, kif iż-żernieq jitwieled mil-lejl.