It-Tnissil bla Tebgħa tal-Verġni Mqaddsa Marija

2015-12-10

It-Tnissil bla Tebgħa tal-Verġni Mqaddsa Marija

Alexander Vella O.Carm.


8 ta’ Diċembru 2015

Il-jum tas-Solennità tat-Tnissil bla Tebgħa ta’ Marija huwa adatt ħafna biex jiftaħ il-Ġublew Straordinarju tal-Ħniena. Id-domma tisħaq li Marija hija l-ewwel u l-aqwa mifdija. Marija mhijiex ‘il barra mill-fidwa, anzi, hija l-isbaħ u l-aqwa frott tal-fidwa. Jekk Marija hija l-ewwel mifdija, allura Marija iktar minn kulħadd u qabel kulħadd hija mħaddna kollha kemm hi mill-ħniena t’Alla. Wieħed għalhekk jista’ jifhem il-kelma li S. Luqa jitfa’ fuq fomm Gabrijel meta jsellem lil Marija bħala l-“mimlija bil-grazzja.”

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *