Tintemm l-ewwel sessjoni tal-Kapitlu Provinċjali 2024

Nhar il-Ġimgħa, 9 ta’ Frar 2024, wara ġimgħa ta’ laqgħat u diskussjonijiet, ġiet fi tmiema l-ewwel sessjoni tal-Kapitlu Provinċjali tar-reliġjużi Karmelitani Maltin immexxi mill-Pirjol Ġenerali bil-għajnuna ta’ żewġ Kunsillieri Ġenerali. F’din il-laqgħa ġie deċiż li l-Karmelitani Maltin jinġabru fit-tliet komunitajiet li hemm fis-Santwarju Bażilika tal-Belt, fil-komunità tal-parroċċa tal-Fgura u fil-komunità (il-kunvent l-antik) tal-parroċċa ta’ Santa Venera.

Din id-deċiżjoni hija r-riżultat ta’ dak li kien imħabbar f’Ottubru li għadda, meta l-Karmelitani kienu diġà bdew il-proċess ta’ dixxerniment tal-preżenza tagħhom biex minn sitt komunitajiet jinġabru fi tlieta. Dan kien qed isir minħabba li n-numru tar-reliġjużi Karmelitani f’Malta qiegħed dejjem jonqos. Il-Pirjol Provinċjal ta’ dak iż-żmien, P. Joseph Saliba, kien stqarr li r-reliġjużi Karmelitani jixtiequ jgħixu l-ħajja komunitarja tagħhom b’impenn u responsabiltà akbar, kemm magħhom infushom, lejn xulxin u anki lejn il-Knisja.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *