Blog

10
Feb

Tintemm l-ewwel sessjoni tal-Kapitlu Provinċjali 2024

Nhar il-Ġimgħa, 9 ta’ Frar 2024, wara ġimgħa ta’ laqgħat u diskussjonijiet, ġiet fi tmiema l-ewwel sessjoni tal-Kapitlu Provinċjali tar-reliġjużi Karmelitani Maltin immexxi mill-Pirjol Ġenerali bil-għajnuna ta’ żewġ Kunsillieri Ġenerali. […]

06
Feb

Provinċjal ġdid għall-Karmelitani Maltin

Dalgħodu, Patri Charles Mallia, O.Carm., intgħażel minn fost ħutu r-reliġjużi bħala l-Pirjol Provinċjali tal-Karmelitani għat-tliet snin li ġejjin. Huwa ntgħażel waqt l-ewwel sessjoni tal-Kapitlu Provinċjali li qiegħed isir f’Santa Venera […]

05
Jan

50 Sena mill-konsagrazzjoni tal-kappella f’Ta’ Kerċem

Is-sorijiet Karmelitani waslu fir-Rabat t’Għawdex fl-1957. It-tieni kunvent li fetħu f’Ta’ Kerċem kien inawgurat fl-1964, fi żmien is-superjura Sor Domitilla Cassar. Billi kienu għadhom fil-bidu, is-sorijiet kienu jużaw bħala kappella […]

29
Dec

Kungress Internazzjonali tal-Lajċi Karmelitani 2024

Bejn is-27 ta’ Novembru u l-1 ta’ Diċembru 2023 saret f’Ruma s-seba’ laqgħa tas-Segretarjat Internazzjonali għal-Lajċi Karmelitani iffurmat minn membri ġejjin mill-Kenja, mill-Indoneżja, mill-Brażil, minn Spanja u mill-Irlanda. Huma kienu […]

28
Dec

Il-Karmelitani ta’ Bamberg jiċċelebraw 750 ta’ preżenza

Tul is-sena li waslet fi tmiemha, il-Karmelitani ta’ Bamberg, fil-Ġermanja, fakkru s-750 anniversarju mill-preżenza tagħhom f’din il-belt. Iċ-ċelebrazzjonijiet fetħu fit-2 ta’ Frar 2023, f’Jum il-Ħajja Kkonsagrata, b’laqgħa għar-reliġjużi kollha tad-djoċesi. […]

10
Oct

Irrestawrat is-Salib ta’ Ambrogio Lorenzetti

Fil-bidu ta’ Ottubru 2023, wara tliet snin ta’ ħidma intensiva, fl-aħħar intemm ir-restawr tas-salib magħmul minn Ambrogio Lorenzetti (1290-1348) għall-knisja tal-Karmnu ta’ Siena, l-Italja. Ix-xogħol fuq din l-opra artistika beda […]

08
Oct

Il-Kostituzzjonijiet tal-Ordni Karmelitan bil-Malti

Ftit tal-ġimgħat ilu kienu ppubblikati bil-Malti l-aħħar Kostituzzjonijiet tal-Ordni Karmelitan li kienu approvati fil-Kapitlu Ġenerali 2019 u ppubblikati fl-2021. Il-Kostituzzjonijiet huma l-kodiċi fundamentali tal-liġi proprja ta’ istitut reliġjuż. L-għan tagħhom […]

1 2 3 6